Fil-jum li r-Renju Unit sellem il-memorja tad-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Filippu, fuq l-istazzjon internazzjonali BBC, il-President Malti George Vella tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-koppja Rjali u pajjiżna.
Il-President Malti għamel referenza għall-mument li d-dinja saret taf bil-mewt tal-Prinċep Filippu u stqarr li kien hawn sens ta’ dwejjaq u dispjaċir.
Hu qal li r-relazzjoni tad-Duka ma’ pajjiżna tmur lura ħafna iktar minn kemm hu magħruf għaliex ommu, il-Prinċipessa Alice, qattgħet xi ħin f’pajjiżna filwaqt li n-nannu tad-Duka kien ukoll stazzjonat Malta.
Il-President Vella rrakkonta l-episodju meta ltaqa’ mar-Reġina Eliżabetta lura fl-2020 fejn hi kienet stqarret miegħu li ż-żmien li qattgħet f’Malta flimkien mad-Duka kienu wħud mill-isbaħ snin ta’ ħajjitha.
Hu tkellem dwar kif il-Gvern Malti rnexxielu jakkwista Villa Guardamangia biex din tiġi restawrata u ssir mużew li tikkommemora l-Familja Rjali.
Il-President Vella stqarr li aktar minn 6,500 żgħażagħ għamlu użu minn skema ta’ premji li stabilixxa d-Duka li permezz tagħha, lil dawn iż-żgħażagħ tagħtihom sens ta’ avventura u involviment biex jitgħallmu barra l-konfini ta’ klassi tradizzjonali.
Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni bejn Malta u l-familja Rjali mil-lum ‘il quddiem, il-President stqarr din ir-relazzjoni ser tkompli tiffjorixxi.
Hu qal li l-mument li Villa Guardamangia tiġi restwrata lura fil-glorja kollha tagħha, din ser tkun attrazzjoni ewlenija li se tattira l-għajn ta’ diversi turisti.