Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-maratona ta’ sittin siegħa futbol u volleyball b’risq Puttinu.
Fuq Facebook, Puttinu rringrazzja lill-voluntiera kollha għax-xogħol li qed jagħmlu biex din il-maratona, bħal oħrajn preċedenti, tkun suċċess.
Il-maratona se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Mejju fil-Marsa Sports Ground.