Fadal biss ftit ġimgħat biex dik li kienet il-powerstation tal-Marsa tinħatt għalkollox.
Dan hekk kif fadal biss li dan is-sit jitnaddaf mill-bini u l-istrutturi kollha.
Dan ifisser li din il-powerstation – li għal wieħed u sittin sena kienet qed taħdem bl-aktar żejt li jniġġeż – se ssir storja tal-passat. ~
Bil-preżent u l-futur għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta u għar-residenti kollha ta’ pajjiżna jfissru arja aktar nadifa.
Ic-chairman tal-Enemalta, is-Sur Frederick Azzopardi, spjega ma’ ONE NEWS li sal-aħħar ta’ din is-sena għandu jiġi stabbilit l-użu l-ġdid ta’ dan is-sit.
Il-powerstation tal-Marsa saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna, wara li kienet ilha topera għal wieħed u sittin sena, dan hekk kif wara li ntfiet għalkollox fl-elfejn u ħmistax, fi żmien sena tħattet għalkollox. Ic-chairman tal-Enemalta, Frederick Azzopardi, spjega li fadal biss ftit ġimgħat biex dan is-sit jitnaddaf kompletament.
Naħseb li nistgħu ngħidu li llum huwa propju l-għeluq is-sena ta’ minn mindu qtajna l-aħħar cables li kienu qed joħorġu minn dan is-sit tal-Marsa. sit fejn kien hawn il-powerstation għaldaqstant f’dan l-aħħar sena ma setgħa qatt joħroġ elettriku minn hawnhekk. nistá ngħid li għamilna passi kbar fl-aħħar sena kważi wasalna fl-aħħar, fadal l-aħħar ftit ġimgħat, sakemm bħala sit ikun imnaddaf mill-bini u l-istrutturi kollha li kien hawn hawnhekk.
Powerstation li kienet taħdem bil-Heavy Fuel Oil, l-aktar żejt li jniġġeż, u li t-tmiem tagħha fisser ħafna għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta u għar-residenti kollha ta’ pajjiżna li llum qed igawdu minn arja aktar nadifa. B’dik li kienet ħolma li wħud kienu qatgħu qalbhom minnha llum hija realtà. Realtà li se tara dan is-sit jintuża għal skopijiet differenti kif spjega s-Sur Azzopardi.
Bdejna diġá naraw anke, nagħmlu ċertu studji, biex naraw kif jistá jintuża dan is-sit. nistá ngħid li sal-aħħar ta’ din is-sena inkunu fi stadju avvanzat ta’ liema direzzjoni se nieħdu għal dan is-sit.
Bl-għeluq ta’ din il-powerstation jingħaqad ma’ katina ta’ xogħlijiet li għamel Gvern Laburista biex il-ġenerazzjoni tal-elettriku issir mhux biss aktar affordabbli iżda anke ambjentalment aktar nadifa. B’xhieda ta’ dan huma l-istudji ambjentali li saru li juru kif l-għeluq tal-Powerstation tal-Marsa wassal għal kwalità ta’ arja aħjar.