Il-Partit Nazzjonalista reġa’ nsista li l-għajnuna fl-enerġija mhux sostenibbli.
F’dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali li kien qed jiddiskuti l-Baġt għas-sena d-dieħla kien il-whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN li ddikjara dan.
Dan wara li d-deputat Ivan Castillo bħal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, qal li fuq il-prezz tal-enerġija wieħed irid iħares lejn il-prezz ta-żejt barra minn Malta.
“Taf x’ma semmix il-Prim Ministru x’se jagħmel jekk jiżdied il-prezz taż-żejt”
Ivan Castillo
Dlonk l-intervent tal-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew, Daniel Attard, li nnota kif il-Prim Ministru kien ċar dwar l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-elettriku.
Iżda, il-whip tal-Partit Nazzjonalista, Robert Cutajar, insista li l-għajnuna mhux sostenibbli.
Daniel Attard – Il-Gvern kien ċar mhux bħal ma qalet l-Oppożizzjoni, l-Oppożizzjoni kienet ċara, li jekk jgħola barra jgħola Malta. Iridu jilliberalizzaw is-suq tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Robert Cutajar – Mhux aħna biss anke limsieħba soċjali qalulkom. Qalulkom li mhux sostenibbli.
Daniel Attard – Il-Gvern kien ċar li se jibqa’ jissusidja l-kontijiet tal-enerġija, tad-dawl u tal-ilma.
It-tweġiba ta’ Cutajar għal dan kienet li jgħajjar il-gvern populist.
Robert Cutajar – Hemm qed ikun populist.
Daniel Attard – Il-Gvern se jkompli jissusidja d-dawl. Se nkomplu ngħinu lill-familji u n-negozji.
Ivan Castillo – Meta jgħola ż-żejt għidilna.
Daniel Attard – Il-Gvern għandu politika għal ġejjieni fejn tidħol anke l-enerġija.
Hawn Attard spjega l-pjan tal-Gvern għas-settur, fosthom proġetti kbar li jsaħħu u jvarjaw il-provvista tal-enerġija.
U filwaqt li l-pjani tal-Gvern ħarġu ċar, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista ma kienux kapaċi jispjegaw is-suppost viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Mitlubin id-dettalji l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista kontinwament qalu li jmorru lura għall-politika ta’ żmien Gonzi PN, fl-elfejn u tliettax.
“Int għamilt mistoqsija u t-tweġiba tawilek ċara, il-viżjoni ekonomika tagħna, tal-Partit Nazzjonalista, hija li mmorru lura fejn konnha 10 snin ilu. Hekk qed jgħidu. Nifimha, il-kollega tiegħi Robert li kien ir-right hand ta’ dak iż- żmien GonziPN nifhem li għalih qalbu għadha tħabbat li Malta l-golden days tagħha kienet meta kellna nies jirreġistraw għax-xogħol 12,000 ruħ, meta benefiċċji ġodda kont tinsihom fil-Baġit. Hemm irridu nerġgħu mmorru?
Alex Muscat
U jekk kien hemm xi dubju neħħih Robert Cutajar.
“Qed isemmi kull darba lil Lawrence Gonzi ħa nserraħlek rasek lilek u lil ħabib tiegħi. Ara ma taħsibx li qed nistħi għax kont naħdem ma’ Dr Gonzi. Jien kburi li ħdimt ma’ persuna li kellu viżjoni.“
Robert Cutajar