Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza diskussjoni mill-fergħa tal-Partit Laburista, Nisa Laburisti, propju biex jikkommemoraw il-ġurnata ddedikata għall-mara, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Id-diskussjoni ffukat fuq l-importanza tal-flessibilità fuq il-post tax-xogħol u għaliha attendew numru sabiħ ta’ nisa li jifformaw parti min-Nisa Laburisti.
Attendew ukoll numru ta’ Membri Parlamentari, fosthom il-Ministru Carmelo Abela, il-Ministru Julis Farrugia Porteli, u s-Segretarji Parlamentari Rosianne Cutajar u Clayton Bartolo.