F’kummenti llejla mal-Maltatoday, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni għat-talba tiegħu biex il-Prim Ministru jippubblika d-dikjarazzjonijiet fiskali tiegħu mad-dipartiment tat-taxxa.
Hawnhekk il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jitlob xi ħaġa li hu u l-midja diġà għandhom aċċess għaliha.
Dan għaliex skont il-liġi tat-taxxa, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-Prim Ministru huma diġà dikjarati fil-Parlament għand l-Ispeaker.
Il-Prim Ministru qal li hu jifhem li Bernard Grech għadu ma jafx sew il-proċedura parlamentari u ma jaf xejn dwar il-liġi tat-taxxa.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/12/29/devjazzjoni-li-splodiet-fwiccu-il-pl/