Il-Ħadd li għadda, il-Qdusija Tiegħu beda vjaġġ ta 3 ijiem fl-Emirati Għarab Magħquda. Din hi ewwel żjara li qatt saret mill-Kap tal-Knisja Kattolika f’dan il-pajjiż.
Papa Franġisku bħalissa jinsab fl-Emirati fejn ġie mistieden biex jieħu sehem f’laqgħat imsejħin “inter-faith”.
F’laqgħat simili, il-mexxejja tar-reliġjonijiet il-kbar jaħdmu id f’id biex jippromwovu l-paċi. Il-Papa għamel laqgħat ma’ mexxejja Musulmani kif ukoll Lhud.
Il-Papa mistenni wkoll jikkonċelebra l-ewwel quddiesa fil-beraħ li qatt saret f’dan il-pajjiz b’ maġġoranza assoluta Musulmana li għaliha huwa mbassar li jattendu mal-madwar 130,000 Kattoliku. Dawn fil-maġġoranza tagħhom huma ħaddiema barranin fl-Emirati.