Persuna jew persuni li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa wettqu att vandalu u serqu żewġ barbaġġani mir-Razzett tal-Bagħal fil-ġonna tal-Buskett.
Dan l-att vandalu seħħ ftit tal-jiem wara li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK nediet fażi importanti fi proġett li qed jara li ssir il-konservazzjoni ta’ dan l-ispeċi.
Kif juri l-filmat, raġel li kellu wiċċu fi flokk, daħal minn ġo xibka li hemm fuq nett tal-guva u ħa żewġ barbaġġani. Kif juri l-filmat minn kameras tas-sigurtà, il-persuna nittfet lill-barbaġanni mill-ġwienaħ biex ma jtirux.
Fi stqarrija ntqal kif il-persuna mill-FKNK li tmur tagħlef il-barbaġann, sabet ħsara u żewġ barbaġġani misruqa mill-ħamsa li kien hemm fil-guva.
Inqtal kif l-FKNK għamlet rapport fl-għassa tar-Rabat, fejn ippreżentat parti mill-filmat tal-kameras tas-sigurtà li jinsabu installati ġol-guva biex tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet.
L-FKNK appellat biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-pulizija.
Filmat: FKNK