Filmat tal-qsim il-qalb li qed jiġri fuq il-midja soċjali juri l-mument li sid abbanduna lill-kelb tiegħu lejlet il-Milied fl-Ingilterra.
Il-filmat inxtered mill-midja Ingliża wara li xxandar mill-kameras tas-sigurtà li kien hemm fil-post fejn il-kelb spiċċa abbandunat. Il-filmat juri sid il-kelb jpoġġi s-sodda tal-kelb fuq il-bankina, qabel ma ħarab jiġri lejn il-karozza tiegħu.
Jidher li l-kelb intebaħ b’li kien se jiġri, u jidher jiġri wara l-karozza ta’ sidu bit-tama li dan jurih xi ftit tal-ħniena.
Hu mifhum li sid il-kelb qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet.