Raġel armat b’sikkina daħal f’ħanut f’Bormla u seraq ammont ta’ flus.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Santa Tereża, Bormla.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 30 sena residenti l-Gżira.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. A. Bugeja LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.