Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat, persuna minn fost il-pubbliku preżenti fl-arena għall-Eurovision Song Cotest 2018 f’Lisbona fil-Portugal iddeċidiet li tagħti s-salt u titla’ fuq il-palk.
Jidher li kien hemm nuqqas ta’ attenzjoni mis-sigurtà preżenti tant li l-persuna ġriet ġirja mhux ħażin sakemm laħqet waslet sal-kantanta SuRie li rrappreżentat lill-Ingilterra u ħatfitilha l-mikrofonu sakemm inġabret mill-uffiċjali tas-sigurtà.
L-awtriċi JK Rowling faħħret il-mod ta’ kif il-kantanta baqgħet għaddejja qisu ma ġara xejn.
Forsi l-kanzunetta ma rebħitx, imma żgur li l-kantanta ġibdet ammirazzjoni lejha nfisha għall-professjonalità tagħha.
Filmat ta’ Jessica Cachia.