Wara li l-ġimgħa li għaddiet, Manuel Micallef mexxa l-ewwel dibattitu tal-Ġimgħa filgħaxija fuq ONE, din il-ġimgħa jirritorna bit-tieni dibattitu.
Il-mistiedna ta’ Manuel Micallef wara l-podium tad-dibattitu huma l-Ministru għall-finanzi, l-Onor Clyde Caruana u x-Shadow Minister l-Onor Graham Bencini. Il-punt tat-tluq għad-dibattitu ta’ din il-ġimgħa se jkun is-suġġett: Il-kwalità tal-ħajja f’termini ekonomiċi u finanzjarji.
ID-DIBATTITU jixxandar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar fid-8:45pm fuq ONE