Waqt laqgħa li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea t’Isfel Park Jin tkellem għal ftit sekondi bil-Malti.
F’filmat fuq il-midja soċjali li qasam il-Ministru Ian Borg tenna biex bħala Maltin ngħożżu l-lingwa tagħna u dak kollu li huwa Malti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt din il-laqgħa, il-Ministri ta’ Malta u l-Korea t’Isfel tkellmu dwar kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom.