Diversi toroq fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, u fil-kumplament tan-naħa ta’ Fuq ta’ Malta jinsabu mgħarrqa fl-ilmijiet kawża ta’ xita qalila li niżlet ftit tal-ħin ilu fl-inħawi.
Ir-residenti huma mwissija jżommu twieqi u bibien magħluqa, u s-sewwieqa huma mwissija jevitaw l-inħawi.
Bħalissa għadha nieżla x-xita f’diversi nħawi fit-Tramuntana ta’ Malta.