Ir-Randan huwa żmien li matulu aħna l-Insara nħejju ruħna għall-festa tal-Għid il-Kbir. Issib min iqatta’ l-40 jum tar-Randan b’sawm, talb u penitenza.
Is-sawm fir-Randan għalina l-insara, jfakkar l-40 ġurnata li Ġesù Kristu għamel waħdu fid-deżert isum fejn ma waqax għat-tentazzjoni tax-xitan, qabel l-aħħar ċena, jħejji ruħu għall-passjoni u t-tbatija li kellu jgħaddi minnhom fuq is-salib u l-qawmien mill-mewt biex isalvana.
Kru ta’ ONE News kien fit-toroq tar-Rabat fejn seta jara għadd ta’ bejjiegħa ibiegħu sfineġ tal-inċova, imqaret, u varjeta kbira ta’ ikel ieħor.
Staqsejna lin-nies jekk għadhomx isumu fil-Ġimgħa l-Kbira u jekk se jieklu, x’ se jieklu.