Malta Public Transport hija kburija bid-dedikazzjoni u l-impenn li qed juru l-impjegati tagħha matul dawn il-ġimgħat ta’ sfida, speċjalment dawk il-membri li ma jistgħux jagħmlu x-xogħol tagħhom mid-dar.
Dan il-video ġie maħdum bħala sinjal ta’ apprezzament għall-ħaddiema fid-dipartimenti differenti li qed jagħtu kollox biex jiżguraw li s-servizz jibqa’ jkun offrut għal dawk li jeħtieġu f’dan iż-żmien.
Il-kumpanija tappella lill-passiġġiera biex isegwu dejjem l-istruzzjonijiet tas-saħħa, kemm għas-sigurtà tagħhom infushom kif ukoll għal dik tal-oħrajn.