Ir-riħ mill-Majjistral Forza 8 li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar sigħat qed jħalli l-effett tiegħu sew.
Inħawi fil-gżejjer Maltin esposti għall-Majjistral jinsabu direttament fil-mira tar-riħ qawwi, fosthom il-bajja ta’ Marsalforn u Popeye Village.
L-Uffiċju Meteroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi li se tibqa’ fis-seħħ sal-5pm.