Storja wara l-oħra, malafama wara oħra…għalhekk AWLA ta’ din il-ġimgħa, ser jistaqsi: Għandna ndaħħlu lura l-libell kriminali? jew għandna ngħollu l-multi b’ta li mod li wieħed għandu jaċċerta ruħu li jikteb jew jitkellem biss jekk l-affarijiet ikunu fattwali?
Min minn dawn jaqbel li ndaħħlu lura l-libell kriminali u min le? l-Avukat Dr Chris Cilia, l-Avukat Dr Dean Hili, il-Ġurnalist Mark Laurence Zammit u l-Ġurnalist Reno Bugeja se jiddiskutu waqt AWLA.
AWLA, it-Tlieta 21 ta’ Jannar fid-8:45pm fuq ONE