Wara li ġie ssuttat b’żewġ torti, il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Ryanair, Michael O’Leary, irreaġixxa dwar dan ma’ ONE News.
F’kummenti wara li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Malta, ftit tas-sigħat wara l-inċident fi Brussell, O’Leary b’nofs ċajta ikkumenta kif darb’oħra xtaq li kieku l-krema kienet tkun friska minn ħalib Irlandiż.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet, li fiha tħabbret l-iskeda tal-linja tal-ajru li O’Leary jmexxi għax-xitwa minn u lejn pajjiżna, ddeskriva l-inċident bħala wieħed li kompla jagħti pubbliċità lir-Ryanair.