Għal sena oħra l-Kor tal-Knisja tas-Swatar qed jipprepara biex ipaxxi lil dawk kollha li sa jattendu għal quddiesa ta’ nofs il-lejl.
Għalkemm il-festa tal-Milied m’hiex l-akbar festa tal-Knisja Kattolika, tiġi ċċelebreta wkoll b’pompa kbira speċjalment Lejlet il-Milied.
ONE News tkellem ma’ Francesca Zammit, id-direttriċi tal-kor, dwar kemm jieħdu ħin il-preparamenti għall-kant ta’ għanjiet tal-milied bil-Malti waqt din iċ-ċelebrazzjoni. Hija sstqarret: “Aħna niltgħu kull nhar ta’ sibt biex nagħmlu reherarsal ġewwa l-paroċċa tas-swatar, ilna għal dawn l-aħħar xhur nipprepaw għal quddies tal-Milied ta’ nofs il-lejl, apparti minn hekk li jkollnba ħafna rehersales biex nippreparaw għal diversi quddisijiet, nagħmlu bosta attivitajiet għat-tfal biex jieħdu xi valuri li jistaw japplikaw għall-ħajja ta’ kulljum.”
Il-kor huwa magħmul minn diversi żġħażagħ u tfal, kif ukoll tħalita mużicisti li jdoqqu strumenti differenti. Fabio Zammit u Michela Spiteri, żewġ kantanti mal-kor, qalu li permezz ta’ dan kollu qed ikomplu jkabbru t-talent tagħhom fil-mużika.
Fabio qalilna: “Minn dejjem xtaqt li nkata u teacher tal-pjanu qatli li għandi leħen vera tajjeb u iddeċidejt li niġi il-kor tal-paroċċa.”
Spiteri spjegat: “Kont narahom ikantaw u tipo bil-mod bil-mod bdejn nitħajjar u wara kellimt lil father u qalli li wara li nagħmel il-praċett nista nidħol.”
Il-kappilan tas-Swatar, Robert Grech, qal li bil-kor iz-zgħazagħ qed isostnu l-ispirtu modern u żagħżugħ ta’ din il-Knisja. Huwa qal: “Aħna għadna grazzja kbira li għadna kor ta’ tfal, tfal u żgħażugħ għax issa qed jikbru ukoll huwa mod ta kif iż-żgħażugħ jidbedu minn diversi perikli li llum toffri l-ħajja.”