Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air David O’Brien ġab fix-xejn id-domandi mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News intiżi biex jimmotivaw kritika u jiżufjettaw b’isem pajjiżna quddiem ġganti tal-avjazzjoni.
Dan seħħ waqt konferenza tal-aħbarijiet ftit minuti wara li l-ajruplan ġdid tal-Malta Air, li sewa mitt miljun ewro u li jħaddan il-kuluri tal-bandiera Maltija, niżel f’pajjiżna.
Wara li ntemmet il-konferenza tal-aħbarijiet li mmarkat dan it-tragward importanti għal Malta Air u s-suċċess tal-ħidma ta’ Awtoritajiet Maltin bħal Transport Malta, kien imiss il-ħin tal-mistoqsijiet.
Hemmhekk il-ġurnalista tal-kamra tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista staqsiet lil O’Brien x’pariri jagħti lill-Air Malta sabiex bħal-linji nazzjonali tal-ajru oħrajn hija tkun tista’ topera b’suċċess.
Madankollu O’Brien pront ikkoreġa lill-ġurnalista u tenna kif linja nazzjonali tal-ajru bħal Lufthansa u Air France għandhom il-biljuni f’għajnuna tal-istat approvati mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Air Malta qed tiġġieled għal din l-għajnuna.
Għajnuna li skont O’Brien innifsu meta kkumparata ma’ dik li ngħataw l-Lufthansa u l-Air France hija biss ċiċri.
O’Brien stqarr: “No not everyone is the same. I mean instantly, almost instantly the European Commission turned around a €10 billion request for Lufthansa, a €10 billion request for Air France and are quibbling over what is peanuts in the case of the Air Malta request, so no.”
F’domanda oħra l-istess ġurnalista staqsiet kemm ir-Ryan Air u l-operat tagħha f’Malta kellu jkeċċi ħaddiema fi żmien il-pandemija.
Għal darb’oħra l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air, li b’mod skorrett Net News fir-rapport tagħhom qalu li huwa l-Kap Eżekuttiv tar-Ryan Air, ukoll kellu risposta, dik li fil-fatt ħadd minn Malta ma tkeċċa.
O’Brien sostna: “The key feature of Ryan Air and Ryan Air group in Malta this Summer is that we did not make people redundant. Between them Air France and Lufthansa recieved €20 billion and still made 50,000 people redundant. We made a small number of people redundant and 0 in Malta. I am very pleased that we did a deal with GWU which saved those jobs.”
Iżda għal din ir-risposta l-istess ġurnalista kellha mistoqsija oħra dwar il-konnessjoni ta’ Malta Air ma’ eks Ministru.
Il-Kap Eżekuttiv qal hekk: “Malta Air has been a spectacular success for Malta and it will continue to be. And the Ryan Air Group will continue to be a significant contributor to the Maltese Government. Whoever was responsible it has worked.”
Intant il-ġurnalista mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net bħal donna rtirat l-mistoqsija tagħha u sostniet li d-domanda ma kinitx dwar ir-Ryan Air, b’O’Brien pront nnota kif din il-konferenza kienet speċifikament dwar Ryan Air u Malta Air.
Hija qalet, “It really wasn’t about Ryan Air.”
O’ Brien weġibha: “But this is a Ryan Air and Malta Air press Conference.”