Frisk mir-rebħa tiegħu ta’ Mużika Mużika, Kurt Calleja waqt il-programm Espresso, meta kien intervistat minn Wayne Aquilina, rrikonoxxa l-fatt li bil-vot tal-pubbliku, wasal biex rebaħ dan il-festival prestiġjuż. Kurt faħħar ħafna l-organiżazzjoni ta’ Festivals Malta li kienu responsabli minn dan il-festival li qed jagħti pjattaforma importanti li kantanti, kompożituri, awturi u mużiċisti lokali.
”Il-lirika ktibta f’ħin qasir. L-istorja tal-kanzunetta tant ispiratni, li ktibtha f’inqas minn nofsiegħa! Jien minniex pjanist professjonali bħal Aleandro. Għal-mużika tagħha, daqqejt naqra melodija kif naf jien u rrekordjajta fuq laptop biex ikolli naqra struttura ta’ kanzunetta. Il-melodija ġietni waqt li qed nikteb il-lirika. Umbgħad ħadt din id-demo l-istudjo ta’ Peter Borg u ovjament kien hemm Aleandro għax jaħdmu flimkien u din il-kanzunetta, kabruha u kibret aktar milli mmaġinajt. Kien għalhekk li lil Aleandro xtaqtu miegħi fuq il-palk”
KURT CALLEJA – KANTANT
Fil-programm Espresso, Kurt kien mistoqsi dwar il-ħin tal-votazzjoni, l-ilbies, dwar jekk kellux xi lucky charm miegħu, dwar bidilx xi ħaġa mis-serata tas-semifinali tal-Ħamis għas-serata tal-finali tas-Sibt, dwar il-familja u l-emozzjonijiet kollha li jġibu serati bħal dawn u anke dwar kif din ir-rebħa bidlet xi ftit l-affarijiet fil-karriera tiegħu u għamlitu paċi ma’ ħafna nies.
Segwi hawn l-intervista kollha: