Dalgħodu, il-Partit Laburista ppreżenta formalment id-disa’ kandidati tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju li ġej. Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Ftit wara fuq il-midja soċjali, il-Partit Laburista ppubblika dan il-filmat bid-disa’ kandidati Laburisti.
Dawn huma Claudette Abela Baldacchino, Alex Agius Saliba, Daniel Attard, Clint Azzopardi Flores, Thomas Bajada, Jesmond Bonello, Steve Ellul, Jesmond Marshall u Marija Sara Vella Gafà.