IL-KAMP POLITIKU huwa kunċett ta’ reality-show televiżiv fejn se naraw id-9 kandidati għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista jgħixu flimkien, taħt saqaf wieħed.
Alex Agius Saliba, Steve Ellul, Clint Azzopardi Flores, Daniel Attard, Marija Sara Vella Gafa, Claudette Abela Baldacchino, Jesmond Bonello, Jesmond Marshall u Thomas Bajada għaddew ftit jiem flimkien fejn f’post mill-isbaħ ġew miġbuda b’mod kontinwu biex mis-27 sat-30 ta’ Mejju, kuljum fuq ONE ser naraw episodju minn din l-avventura.
IL-KAMP POLITIKU se juri l-latt uman ta’ dawn id-9 kandidati u ser naraw l-involviment tagħhom f’diversi sfidi tul din l-avventura. Bla dubju, ma jonqsux xi sorpriżi ukoll.
Kompli segwi l-istazzjonijiet ONE u l-mezzi soċjali tal-Partit Laburista għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm b’differenza fl-aħħar jiem ta’ Mejju