Ritratti li qed jiċċirkolaw fil-midja soċjali qed juru l-ħsarat estensivi li ġarrab l-ajruplan tat-tip Boeing 737 tal-linja tal-ajru Ryanair wara li lbieraħ inqala’ waqt li kien qed jiġi rmunkat.
Meta nqala’, l-ajruplan li kien vojt mexa waħdu f’żona magħrufa bħala Apron 1 sakemm eventwalment waqaf billi ħabat ġo tliet bawsers li jwasslu l-fjuwil lill-ajruplani.
Fortunatament, l-ajruplan tar-Ryan Air għadda wkoll ftit metri bogħod minn ajruplan ġdid fjamant tal-linja tal-ajru Vista Jet li kien għadu kif wasal Malta ftit sigħat qabel.
Kif jixhdu r-ritratti l-ajruplan tar-Ryan Air ġarrab ħsarat kbar f’waħda mill-magni kif ukoll fil-parti ta’ quddiem tal-fuselage.
Ritratti: Jean Marc Sciberras
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/02/dewmien-ftitjiriet-wara-li-ajruplan-tar-ryanair-inqala-waqt-l-irmonk-u-baqa-diehel-go-erba-bawsers-tal-fjuwil-3/