Waqt l-esebizzjoni mtella’ l-bieraħ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wieħed seta’ jara mill-qrib il-ħidma tal-pumpiera f’nirien industrijali.
Waqt din il-ħidma intużaw ukoll numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar industrijali fejn permezz ta’ snorkels li jisparaw volumi kbar ta’ ilma f’ħin qasir il-ħidma tal-pumpiera tkun iffaċilitata u tkun tista ssir b’mod aktar sigur.
Din l-esibizzjoni u aktar se jkunu qed jerġgħu jittellgħu matul il-ġurnata tal-lum sal-ħamsa ta’ wara nofsinhar fejn mistennija jittellgħu aktar simulazzjonijiet ta’ salvataġġi mill-għoli u minn ġo karozzi, tifi ta’ nirien u salvataġġ mill-għoli. It-tfal jistgħu ukoll jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet.
Dan bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku.