Serata oħra ta’ emozzjonijiet, sopriżi u spettaklu hekk kif BRILLANTI SINGERS jidħol għall-5 semifinali b’għaxar semifinalisti biss fejn anke din il-ġimgħa, minkejja t-talent straordinarju ta’ kull parteċipanti, xi ħadd minnhom ser ikollu jhalli din il-kompetizzjoni filwaqt li d-disgħa l-oħra jibqgħu fiċ-ċans li jirbhu total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom!
L-isfida ta’ din il-ġimgħa ser tkun waħda diffiċli iżda emozzjonanti ferm fejn is-semifinalisti jridu jagħżlu kanzunetta Y2K sabiex jimpressjonaw lill-ġurija tal-programm Nate Morrison, Greta Manuzi u Sarah Harrison! Magħhom, għall-5 semifinali jingħaqad bħala ‘guest judge’ ħadd ħlief il-kantant u mużiċist bravu u kariżmatiku Kevin Paul Calleja.
Min mill-10 semifinalsiti ser jinqala’ f’din il-5 semifinali?
BRILLANTI SINGER l-Erbgħa 7 ta’ Mejju fid-8:45pm fuq ONE