L-MUT esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ftehim kollettiv li ntlaħaq bejn il-union u l-Gvern. Ftehim li fi kliem il-President tal-MUT, Marco Bonnici, is-settur tal-edukazzjoni qatt ma ra bħalu, dan hekk kif l-għalliema mhux biss se jkunu qed igawdu minn żidiet fis-salarji tagħhom iżda saħansitra se jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar. Fi stqarrija il-Ministeru tal-Edukazzjoni fakkar li f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli. Tant hu hekk li kienu tħallew fil-qiegħ tal-professjonijiet kollha tal-ħaddiema pubbliċi.
F’dan is-servizz tistgħu ssegwu spjegazzjoni dwar iż-żidiet li ngħataw l-edukaturi: