Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli u mill-Korp tal-Pulizija ma ddejqu xejn juru li apparti li jafu jipproteġu lil min ikun f’periklu, jafu wkoll iżommu mar-ritmu u jsegwu l-passi taż-żfin.
Kollox seħħ hekk kif l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta organizzat attività bis-sehem tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu stazzjonai fil-Kapitali, jispjegaw ħidmiethom lill-pubbliku u fl-istess ħin jagħmlu ġabra għall-Istrina. Dan bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta tul dawn iż-żminijiet.
Meta Dancel Dance Studio kienu qed jagħtu wirjiet ta’ żfin diversi toroq u pjazez, il-forzi tal-ordni ngħaqdu fil-gost. Fi kliem il-kumpanija taż-żfin: “Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjawhom tax-xogħol importanti tagħhom biex iżżommna lkoll sikuri s-sena kollha. Il-Milied it-tajjeb!”
Segwi l-briju hawn: