120 tfajla minn madwar id-dinja qed jieħdu sehem fil-71 edizzjoni ta’ Miss World biex waħda minnhom tigi nkurunata fil-final li ser tixxandar b’mod esklussiv għas-segwaċi ta’ ONE, is-Sibt 9 ta’ Marzu fit-8:40pm. Fost dawn il-120 tfajla, hemm rapreżentanta Maltija; Natalia Galea.
Il-preparazjionijiet ta’ Miss World bdew fit-18 ta’ Frar fejn il-kontestanti kollha, fosthom ir-rappreżentanta Maltija ngħaqdu biex jieħdu sehem f’diversi attivitajiet li jinkludu; Sports Challenge, Head to Head Chanllenge, Talent Challenge, Top model Challenge, Beauty with A Purpose, Multimedia challenge u diversi intervisti li saru ma’ ġurnalisti, fejn Natalia Galea rnexielha tikwalifika mat-23 finalisti għat-talent.
“Il-kontestanti kollha nirrappreżentaw kulturi differenti, imma qegħdin magħqudin flimkien u naqsmu dawn l-esperjenzi li nibqgħu nġorru tul ħajjitna kollha”
NATALIA GALEA
Natalia qed tgħaddi dan il-messaġġ b’tama u pożżitivita’ biex tkun fuq dak il-palk tal-finali wara sentejn ta’ ħidma tirrappreżenta lill-Maltin kollha
It-titlu ta’ Miss World m’huwiex biss għall-isbaħ mara tad-dinja, imma t-tfajla rebbieħa jrid ikollha, personalita’, talent u proġetti li jippreżentawhom għal Beauty With A Purpose.
Ic-Chairperson Julia Morley ħabbret li 130 pajjiż se jkunu qed ixandru din is-serata fejn 2.2 biljun telespetattur ikun qed isegwu bħala l-akbr udjenza televiżivi. Karolina Bielawska Miss World 2021, li hija mudelli professionali mill-Polonja se tkun qed tinkuruna r-rebbieha l-ġdida Miss World 2024, filwaqt li ONE se jkun qed jitrażmetti din is-serata minn Mumbai, Indja.
L-organiżżaturi ta’ Miss World Malta li huma liċenzjati minn Miss World Sue Rossi u Claudia Calleja jingħaqdu biex jawguraw kull suċċess lil Natalia Galea u jifirħula għall-prestazzjoni tagħha.