Maltempata kbira ħakmet lill-gżejjer Maltin b’riżultat li ħalliet ħafna ħsarat.
Smajna ħafna fuq is-siġar li tqaċċtu u l-ilmijiet kbar liġarrew kulma sabu quddiemhom iżda qajla intbaħna li fil-Port ta’ Marsamxett fekruna kienet wkoll maqbuda fil-ħbula b’riżultat li ġarbet feriti gravi.
Ħadd għajr Duncan Baldacchino, suldat tal-forzi armati ta’ Malta mit-taqsima ta’ tfittxija u salvataġġ fuq ġewwa tal-kosta u t-tim li jagħmel parti minnu.
“Dik konna shore standby 24 hours u rajniha dieħla fil-Maltemp li kien għamel fi Frar. Il-fekruna kellha ħafna ħbula, xbieki ma’ saqajha u permezz ta’ sħabi tal-crew, qbadniha u tellajniha umbgħad ċempilna lil tan-Nature Trust u ġew għaliha mal-ewwel.”
Għal tmien xhur sħaħ l-għaqda Nature Trust ħadet ħsieb din il-fekruna u pprovdiet il-kura kollha neċessarja sabiex issalvaha. L-organiżazzjoni talbet ukoll lil Duncan bħala s-suldat li salvaha sabiex itiha isem.
“Qalli tiha isem tan-Nature Trust u għatlu semmieha għat-tifel tiegħi Janis.”
Illum il-fekruna Janis bħal twieldet mill-ġdid u rritornat fil-baħar.
Fil-bajja tal-Ġnejna mijiet ta’ tfal minn skejjel primarji madwar Malta u Għawdex segwew il-vjaġġ ta’ Janis il-fekruna fuq ir-ramel lejn il-baħar.
Vince Attard minn Nature Trust Malta spjegalna wkoll kif il-fekruna ta’ tnax il-sena u li tiżen madwar 20 kilogramma, twaħħlilha apparat elettroniku li permezz tiegħu xjentisti u membri minn Nature Trust ikunu jistgħu jsegwu l-vjaġġ tagħha fil-baħar għall-ħames xhur li ġejjin.