Fil-jum tas-Sibt kompla jintensifika l-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet, dik ta’ Adrian Delia u dik ta’ Simon Busuttil.
Din id-darba, iż-żewġ fazzjonijiet li qed jiġġieldu għar-riedni tal-Partit Nazzjonalista li issa huwa maqsum aktar minn qatt qabel, użaw dawk deskritti bħala suldati tagħhom u bagħtuhom biex jitkellemu fuq ir-radju tal-Knisja.
Ta’ Busuttil inqdew b’ Joseph Grech, il-President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, filwaqt li ta’ Delia qabbdu lil Samuel Azzopardi, il-President tal-Kunsill Reġjonali t’Għawdex tal-Partit Nazzjonalista.
Dawn għamlu tliet kwarti jaħlu u jisparaw il-kanuni fuq xulxin fuq l-RTK mal-qassis Joe Borg.
Samuel Azzopardi qabad jgħajjar lid-deputati li sfiduċjaw lil Kap Adrian Delia permezz ta’ vot sigriet it-Tlieta bil-lejla, li ħbew wiċċhom.
Huwa qal: “L-unika ħaġa li kkritikajt Jien għaliha ħlief 3 umbgħad 4 ma poġġewx wiċċhom.”
Id-dsatax-il deputat li sfiduċjaw lil Kap baqgħu qatt ma ddikjaraw x’għamlu ħlief Chris Said u Therese Comodini Cachia wara li sar magħruf li kienu huma li ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Delia.
Fil-fatt kien one.com.mt li l-Ħamis żvela l-ismijiet tad-dsatax-il deputat li sfiduċjaw u sa minn dakinhar ma saret l-ebda ċaħda.
Intant fuq l-RTK, il-President tal-MŻPN, fergħa taż-żgħażagħ ta’ Simon Busuttil u li ma tarax għajn ma’ Delia, tant li talbet biex il-kap iwarrab, irreaġixxa għal dak li qal Delia meta ġie sfiduċjat.
Grech qal: “Determinat li jibqa’ jaħdem hux.
Determinat? Din jien għaliha dellużjoni din.”
Dlonk wieġeb Azzopardi f’programm jaħraq, hekk kif irrimarka kif dawk li sfiduċjaw lil Kap, ħadu d-deċiżjonijiet għal kull tesserat fil-Partit Nazzjonalista.
Hu sostna: “Il-grupp ta’ fuq sewwa iddecidew huma għal kulħadd. Dik hija l-problema.”
Madankollu Grech kompla jisħaq li saħansitra jistħi jiddefendi Kap b’allegazzjonijiet serji fuq rasu.
Grech saħaqa:”Jiena nistħi, jien inħossni redikolat li rrid niddefendi l-pożizzjoni tal-Kap tal-Partit tiegħi stess il-għaliex kien qed jikkomunika ma’ Yorgen Fenech meta konna nafu li Yorgen Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black.”
Saħansitra. Grech kompla jitgħajjar u aċċenna għal akkużi personali li affaċċja Adrian Delia fil-passat.
Huwa tenna: “Kien hemm il-kwistjoni wkoll fuq il-ħlas ta’ taxxa tiegħu personali. Il-ħin kollu fuq il-gazzetti. Jekk ħallasx dik it-taxxa umbgħad jirriżulta li dan ma kienx ħallasha.”
Quddiem din il-kriżi li għaddej minnha bħalissa l-Partit Nazzjonalista iż-żewġ esponenti tal-fazzjonijiet ma idejqux ukoll ifettquha pubblikament mas-semmiegħa dwar kemm kienu dawk li sfiduċjaw lil Adrian Delia, t-Tlieta li għadda. Huma komplew jgħidu:
“Ma naħsibx li nistgħu ngħidu għax dawn id-19 il-membru parlamentari ddeċidew b’dan il-mod.”
“Irridu nkunu korretti wkoll. 17-il membru parlamentari.”
“Mhux 19? E orrajt fil-Parlament Malti. U iva xorta huma parti mill-Grupp Parlamentari Robert u David wkoll. Mhux problema, m’għandix problema. 17 mhux problema.”