Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra li pajjiżna japplika deroga għall-insib għall-għasafar tal-għana, il-Federeazzjoni Ewropea għall-Insib u l-Konservazzjoni esprimiet id-dispjaċir tagħħha għal din id-deċiżjoni.
Il-Federazzjoni Ewropea qalet li hija kontra interpretazzjoni li tiristrinġi ċertu dispożizzjoniet tad-Direttiva dwar l-Għasafar.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni qalet li d-direttiva ma teskludix il-possibilità li ċertu tradizzjonijiet ta’ nsib li ilhom jeżistu s-snin jibqgħu jinżammu.
Il-Federazzjoni Ewropea qalet li qed taħdem mill-qrib mal-FKNK biex isibu mod sabiex Malta tapplika d-deroga fil-futur.
Il-Federazzjoni sostniet li analiżi imparzjali tad-direttiva Ewropea turi li fil-prinċipju mhix kontra prattiċi tal-insib tradizzjonali.