Maltin b’Saħħitna ‘l Quddiem – Din kienet it-tema għall-Budget 2021 imressaq mill-Gvern.
Permezz ta’ dan il-Budget, il-poplu se jkun qed jirċievi t-tripplu f’butu ta’ dak li kien jirċievi qabel.
Fost bosta miżuri, il-Budget se jkun qed jara żieda ta’ €1.75 fil-COLA u massimu ta’ €95 f’rifużjoni tat-taxxa, żieda ta’ ġurnata oħra leave għall-ħaddiema, sena internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu jistudjaw wara s-Sekondarja, xogħol fuq il-bini ta’ ċimiterju ġdid tal-annimali, negozji żgħar u self employed b’żieda fl-eżenzjoni tal-VAT.
Apparti minn hekk il-Gvern se jkun qed jara li l-Covid Wage Supplement ser jiġi estiż sal-aħħar ta’ Marzu li ġej, eżenzjoni tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers titla’ fuq l-ewwel €200,000, żieda oħra lill-pensjonanti ta’ €5 fil-ġimgħa u se jerġgħu jitqassmu l-vouchers tal-€100 fost bosta miżuri oħrajn.
Segwi l-Budget 2021 f’mitt sekonda.