Ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-ftuħ tal-opra Maltija ‘Ahna Refugjati’, produzzjoni li qed titella’ bħala parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, li x-xoghol għaliha ilu għaddej tul dawn l-aħħar sentejn.
Din l-esperjenza artistika unika se tkun qed tinvolvi 150 artist fuq il-palk kif ukoll artist Spanjol li tgħallem ikanta bil-Malti apposta għal din l-opra.
Preżenti għal konferenza li tat iktar dettalji dwar l-opra kien hemm preżenti il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, li tkellmu dwar il-messaġġ kuraġġuż li toffri din il-produzzjoni, u l-legat li se tħalli warajha.
Il-produzzjoni se titella fil-31 t’Awwissu u t-2 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana, b’sottotitoli bil-Malti u bl-Ingliż.