Il-ħaddiema Franċiżi li jaħdmu fl-industrija tal-ferrovija ċaħdu miżuri tal-gvern biex ikun hemm riforma fil-kumpanija SNCF, li hija okkupata mill-istat.
F’vot li ttieħed bħala petizzjoni, kważi ħamsa u disgħin fil-mija ta’ dawk li vvutaw kienu kontra r-riformi.
Franza tinsab maqbuda bi strajks mifruxa fuq tlett xhur, hekk kif il-ħaddiema qed jirreżistu li jkunu eliminati kuntratti vantaġġjużi u n-netwerk tal-ferrovija jinfetaħ għal kompetizzjoni.
Jumejn ta’ waqfien qed isiru kull ħamest ijiem sa tmiem Ġunju.