L-għada li fil-Parlament Malti tħabbar il-Budget għall-2022, kulħadd qam jitkellem dwar x’miżura l-aktar li laqtitu, minn pensjonanti għal studenti.
It-Tlieta filgħodu Crew ta’ ONE News mar il-Belt Valletta, fejn hemmek ħa r-reazzjoni tal-pubbliku dwar il-Budget għas-sena d-dieħla.
L-aktar li n-nies kellmuna fuqha kienet, żieda oħra lill-pensjonanti u semmiet ukoll iż-żieda oħra fl-istipendji u t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd.
Kif jixhed il-filmat, il-kumpens għal għoli tal-ħajja kif stabbilit minn mekkaniżmu tal-imsieħba soċjali, wħud ħassewh li għandu jkun ogħla.
Il-Budget ġie mfaħħar wkoll għax kien bla taxxi.