Illum il-Belt Valletta daħlet fl-atmosfera tal-Milied hekk kif inxtegħlu d-dwalijiet il-ġodda fi Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti.
Dwalijiet li mhux biss isebħu l-Belt Kapitali iżda saħansitra jsaħruk għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Dan permezz ta’ investiment ta’ €30 miljun fit-toroq tan-naħa t’isfel tal-Belt Kapitali.
Iċ-Chairman tal-Valletta 18 Jason Micallef qal kif dan il-proġett ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied fil-Belt Valletta. Barra min hekk din is-sena, intrama wkoll il-presepju Malti fi Pjazza Tritoni, li jkompli jżid l-ispirtu tal-Milied fil-Belt Kapitali.