Fit-8:35pm jirritorna AWLA bit-tielet programm għal din l-iskeda. Illejla AWLA ser jiddiskuti d-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema. Il-ħaddiema Maltin, apprezzati u mħallsin biżżejjed? Il-ħaddiema barranin f’pajjiżna, l-kundizzjonijiet u l-irwol tagħhom. L-iskejjel tas-snajja’ u ħafna temi oħra.
Victor Carachi – President tal-GWU, Diane Vella Muscat – Direttur Ġenerali tad-DIER, Norbert Grixti – Kap Eżekuttiv ta’ Lukanda ewlenija f’pajjiżna u Andy Ellul – Segretarju Parlamentari se jkunu parti mill-panel ta’ mistiedna.
Ara l-promozzjoni tal-programm AWLA hawn: