Hekk kif ninsabu ftit aktar minn xahar ‘il bogħod minn żmien il-Milied, ħafna huma dawk li jibdew jippreparaw għal dan iż-żmien tas-sena, minn jixtri r-rigal u min iżejjen.
L-istabbiliment John Lewis nieda r-reklam tal-Milied li ta’ kull sena jkun mistenni minħabba li jkun fih storja interessanti u maħdum b’mod mirqum.
Wara li s-sena l-oħra għamlu suċċess bir-reklam ‘The Boy and the Piano’ li kienet titratta l-istorja tal-kantant Ingliż leġġendarju, Elton John, din is-sena bbażawh fuq il-fantasija bil-ħrafa bl-isem ta’ Excitable Edgar.
Din hija storja li tittrata l-ħbiberija bejn tifla ċkejkna u dragun żgħir li minkejja li jagħmel jagħmel ħafna praspar jirnexxilu jiġbed s-simpatija ta’ ħafna.
Fi ftit minuti l-filmat jesebixxi bosta elementi tal-Milied tipiku Ingliż. Ma tonqosx il-Pudina!