L-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment qed twassal għal diżgwid ieħor fil-Partit Nazzjonalista.
Il-Kandidat u l-Kunsillier Justin Schembri issa qal li l-pożizzjoni finali tal-Partit Nazzjonalista tkun fil-manifest elettorali għall-elezzjoni li ġejja.
Dan wara li d-Deputat Karol Aquilina qal li għandha titwaqqaf għalkollox, u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ukoll talab minn sospensjoni għat-twaqqif tal-iskema.
L-iskema dejjem nisslet konfużjoni fil-partit tal-oppożizzjoni, kif wara kollox innota l-preżentatur ta’ dibattitu politiku. Tant li l-preżentatrur tal-programm qal: “Il-pożizzjoni tal-PN fuq l-IIP. Għax qatt ma kienet daqstant ċara. Filli se nżommuha.”
Fil-fatt fil-Partit Nazzjonalista hemm min l-iskema ma jridha b’xejn u hemm min ried jew saħansitra jħaddimha.
Jirriżulta li wara l-attakki tal-aħħar ġimgħat fuq l-iskema, internament kien hemm kritika li l-Pattit Nazzjonalista m’għandux imur lura minn dak li wiegħed fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Dakinhar kien wiegħed li jżommha.
Fuq il-programm InDepth Schembri qal l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista tkun fil-manifest elettorali li jmiss. Huwa stqarr: “Adrian Delia x’jagħmel bl-iskema tal-passaporti? Il-programm elettorali tagħna fadallu.”
Fil-programm Schembri ntbagħat fl-aħħar mument minflok is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli. Magħfus kellu jikkonferma li hemm nies jiġbdu naħat differenti, Schembri sostna: “Hemm diversi opinjonijiet anke fi ħdan il-Patit Nazzjonalista.”
Il-mistoqsija baqgħet tkun ċara għalkemmm mhux daqstant it-tweġiba. Dan għaliex Schembri stqarr: “Imma favuriha jew kontriha. Li hu hu huwa importanti li dak kollu li qed jagħtina l-ġid ekonomiku inħarsu lejh, nistudjawh u nimxu minn hemm.”