Il-gvern qed jiġbor informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kollha dwar l-inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija li fih iġġarrfet blokka ta’ appartamenti fi Gwardamanġa.
Dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-pulizija.
Mill-informazzjoni li qed tasal, skont il-Building Regulations Office jidher li l-kuntrattur tal-binja li kienet għadha qed tinbena biswit il-binja li ġġarrfet kien issottometta d-dokumenti kollha meħtieġa skont il-liġi. Skont l-istess uffiċċju jidher ukoll li ma kienx hemm rapporti fi ħdan l-istess uffiċċju kontra l-kuntrattur partikolari.
L-Awtorità tad-Djar bħalissa qed tiġbor l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-familji u qiegħda fuq il-post tal-inċident fl-immedjat. Il-Housing Authority se toffri akkomodazzjoni alternattiva f’każ li jkun hemm bżonn.
Uffiċjali mill-BRO qegħdin ukoll jassessjaw il-post minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
http://www.one.com.mt/2019/04/24/filmat-jiggarraf-bini-fi-gwardamanga-residenti-evakwati-minn-djarhom-4/