Jekk tisma’ jew tara ambulanza li tkun qed issuq warajk, ersaq bil-karozza fuq il-karreġġjata tax-xellug jekk din tkun vojta. Iżda jekk ma jkunx hemm spazju fejn tersaq, għamel mezz li tersaq fil-ġenb sabiex tagħmel spazju fin-nofs taż-żewġ karreġġjati.
Qatt tieqaf f’daqqa fuq il-karreġġjata ta’ barra. Dejjem uża l-indicator sabiex tindika lil ta’ warajk li se tkun qed titfa’ fil-ġenb.
Il-koperazzjoni ta’ kull sewwieq taf issalva ħajja hekk kif kull ambulanza tkun qed tiġġieled mal-ħin sabiex tasal fid-destinazzjoni tagħha.
Segwi dan il-filmat t’hawn taħt imtella’ mill-isptar Mater Dei.