Permezz tal-paġna fuq Facebook, Neymar ħa l-opportunità li jwassal il-ħsibijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni ta’ kif hu mhux se jkun qed ikompli bħala plejer ma’ Barcelona.
Deċiżjoni li hu ddeskriviha bħala waħda li se tkun qed tgħinu fil-karriera tiegħu, u minkejja li forsi hemm min ma jaqbilx ma’ dak li se jiġri – finalment wieħed irid iżomm f’mohhu li din hi ħajtu u li kull individwu jrid jara kif jista’ jikber minn kull opportunità li l-ħajja titfa’ lejh.