- Jason Azzopardi l-unika eks-Ministru indikat jixhed f’kawża bejn Zaren Vassallo u Marsovin
- Il-marki ta’ swaba ta’ Jason Azzopardi jinsabu kullimkien f’dan l-iskandlu
Jason Azzopardi huwa l-unika eks-Ministru tal-Partit Nazzjonalista indikat biex jixhed f’kawża bejn Zaren Vassallo u l-kumpanija Marsovin.
Kif tista’ tara hawn.
Huwa kien indikat jitla’ jixhed mill-Marsovin għax kien hu wara l-kuntratt tal-2012 u n-negozjati kollha li saru qabel. Dan jikkonferma kif il-marki ta’ swaba ta’ Jason Azzopardi jinsabu kullimkien f’dan l-iskandlu.
Dan spjegawh illum waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici u l-avukat Robert Abela.