L-inċidenti tat-traffiku m’huma faċli għal ħadd u ftit nuqqas ta’ attenzjoni jaf tpoġġi l-ħajja ta’ persuna fil-periklu.
Għalkemm l-ebda inċident li jseħħ m’hu faċli għal min hu involut, is-sewwieqa tal-muturi huma ferm iktar esposti u għalekk il-ħaja tagħhom hi aktar fil-periklu meta jkollhom inċident ma’ vettura.
Filmat li tħejja mid-Dipartiment tal-Liċenzjar f’Washington ftit tas-snin ilu reġa’ beda jagħmel ir-ronda fuq is-siti soċjali għax għalkemm għaddew is-snin minn fuqu, ir-regoli xorta japplikaw sal-ġurnata tal-lum.
Ħares darbtejn meta tkun qed issuq u ħu ħsieb lill-ġirien tiegħek fit-triq, kemm dawk ta’ żewġ roti u kif ukoll dawk ta’ iktar minn tnejn.