F’ġimgħa straordinarja, il-gazzetta KullĦadd se tippubblika ħarġa esklussiva dwar l-inkjesta Egrant. Għall-ewwel darba l-gazzetta se tneħħi l-istil tas-soltu u mill-ewwel sal-aħħar paġna se tkun qed tistħarreġ il-konklużjonijiet ta’ din l-inkjesta u l-effetti tagħha.
Fost oħrajn se tippubblika b’mod sħiħ il-konklużjonijiet li ħarġu l-Ħadd li għadda. Se tkun ippubblikata wkoll intervista esklussiva ma’ żagħżugħ li jħossu mweġġa’ b’dak li seħħ wara li fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet ivvota lill-Partit Nazzjonalista.
Għada ħarġa tal-gazzetta KullĦadd m’għandiex tintilef.