Ħames iljunfanti ħolqu pandemonju fi triq ewlenija f’Pozo Canada fi Spanja.
Dan hekk kif huma ħarbu minn ġo trakk taċ-ċirku li kien għadu kemm kien involut f’ħabta.
Wieħed mill-iljunfanti miet wara li sofra xi ġrieħi filwaqt li żewġ iljunfanti oħra ndarbu u kellhom jittellgħu permezz ta’ krejn.
Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq hekk kif dawn l-iljunfanti bdew jostakolaw it-triq.