Ħaddiema tal-Aġenzija Żgħażagħ għamlu filmat sabiex jirringrazzjaw lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa sabiex jiġġieldu l-imxija tal-Coronavirus.
Dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex, jassistu lill-pazjenti, iwieġbu l-mistoqsijiet u l-biżgħat tal-pubbliku, u jagħmlu l-istudji neċessarji fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.
Il-ħaddiema tal-Aġenzija Żgħażagħ appellaw lill-pubbliku sabiex ngħinu lill-ħaddiema tas-settur tas-saħħa billi noqogħdu ġewwa.