Qalb it-tifrik tal-bini li waqa’ kawża tat-terremot kważi ġimgħa ilu għadhom qed jinħarġu persuni ħajjin li ilhom taħt il-ġebel għal aktar minn 135 siegħa.
Fil-fatt, salvataġġ li ġab miegħu ferħ kbir kien ta’ tarbija ta’ seba’ xhur li ġiet salvata wara 139 siegħa, u tifla ta’ 12-il sena ġiet salvata wara 147 siegħa. F’filmati tas-salvataġġ juru wkoll missier u bint jinħarġu minn taħt il-bini li waqa’ fuqhom, b’wieħed mill-ħaddiema qal li r-raġel talab għal żewġ tazzi te.
Iżda, dawn huma ftit stejjer sbieħ li qed joħorġu fost operazzjoni li ilha għaddejja sitt ijiem. It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom tela’ aktar minn 30,000 persuna bin-numru hu mistenni li jkompli jiżdied hekk kif is-Sirja ilha mill-Ġimgħa li għadda ma taġġorna n-numru ta’ fatalitajiet.